Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Naczelny Sąd Administracyjny (il-Polonja) fis-26 ta’ April 2023 – A. S.A. vs Dyrektor Izby Administracji Skarbowej w Bydgoszczy

(Kawża C-266/23, Dyrektor Izby Administracji Skarbowej w Bydgoszczy)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Naczelny Sąd Administracyjny

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: A. S.A.

Konvenut: Dyrektor Izby Administracji Skarbowej w Bydgoszczy

Domandi preliminari

L-Artikolu 17(1)(a) tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/96 tas-27 ta’ Ottubru 2003 li tirriforma l-istruttura tal-Komunità dwar tassazzjoni fuq prodotti ta’ enerġija u elettriku 1 , jista’ jinftiehem fis-sens li mal-ispiża reali tal-elettriku mixtri għandu jingħadd biss il-prezz tax-xiri tal-elettriku nnifsu, bl-esklużjoni ta’ kwalunkwe spejjeż addizzjonali, pereżempju tariffi ta’ distribuzzjoni, li l-ħlas tagħhom, konformement mad-dispożizzjonijiet fis-seħħ fl-Istat Membru, huwa neċessarju sabiex ix-xiri tal-elettiku jkun possibbli?

L-Artikolu 17(1)(a) tad-Direttiva 2003/96 għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi l-esklużjoni ta’ eżenzjoni tad-dazju tas-sisa fuq ix-xiri ta’ elettriku għal impriża enerġetikament intensiva [Artikolu 31d(1) tal-ustawa z 6 grudnia 2008 r. o podatku akcyzowym (il-Liġi tas-6 ta’ Diċembru 2008 dwar id-Dazji tas-Sisa) (Dz. U. 2022, pożizzjoni 143)] fil-każ fejn din l-impriża tibbenefika minn eżenzjoni speċifika għal ċerti oġġetti tad-dazji tas-sisa fuq il-bażi tad-dispożizzjonijiet nazzjonali (Artikolu 30(7a) tal-Liġi dwar id-Dazji tas-Sisa), fejn din l-impriża turi li fir-rigward ta’ din l-istess enerġija hija ma tibbenefikax simultanjament minn dawn iż-żewġ eżenzjonijiet u taħt l-ipoteżi li l-ammont totali tal-eżenzjonijiet ma jaqbiżx l-ammont tad-dazji tas-sisa mħallsa għal dan l-istess perijodu?

____________

1 ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 405.