Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta' Ottubru 2012 - Chivas vs UASI - Glencairn Scotch Whisky (LIVE WITH CHIVALRY)
(Kawża T-181/11)
("Trade mark Komunitarja - Oppożizzjoni - Irtirar tal-oppożizzjoni - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni")
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Chivas Holdings (IP) Ltd (Paisley, Renfrewshire, ir-Renju Unit) (rappreżentant: A. Carboni, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent)
Parti oħra fil-kawża quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Glencairn Scotch Whisky Co. Ltd (Glasgow, ir-Renju Unit) (rappreżentant: K. Lumsdaine, avukat)
Suġġett
Rikors kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tat-12 ta' Jannar 2011 (Każ R 1263/2010-1), dwar proċedimenti ta' oppożizzjoni bejn Glencairn Scotch Whisky Co. Ltd u Chivas Holdings (IP) Ltd.
Dispożittiv
Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors.
Ir-rikorrenti u l-intervenjenti għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom kif ukoll, kull waħda minnhom, nofs l-ispejjeż sostnuti mill-konvenut.
____________1 - ĠU C 152, 21.05.2011.