Language of document :

Rikors ippreżentat fid-9 ta' Frar 2009 - Deutsche Behindertenhilfe - Aktion Mensch vs UASI (diegesellschafter.de)

(Kawża T-47/09)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Deutsche Behindertenhilfe - Aktion Mensch eV (Mainz, il-Ġermanja) (rappreżentanti: V. Töbelmann u A. Piltz, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet tar-rikorrent

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tas-27 ta' Novembru 2008, fil-Każ R 1094/2008-1;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali "diegesellschafter.de" għal servizzi fil-klassijiet 35 u 41 (Applikazzjoni Nru 4 606 372)

Deċiżjoni tal-eżaminatur: applikazzjoni rrifjutata

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (ċ) tar-Regolament (KE) Nru 40/941, peress li t-trade mark li għaliha saret applikazzjoni għandha l-karattru distintiv meħtieġ u peress li ma jeżisti ebda rekwiżit ta' disponibbiltà.

____________

1 - Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94, tal-20 ta' Diċembru 1993, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU 1994, L 11, p. 1).