Appell ippreżentat fit-13 ta’ Lulju 2023 minn Consulta GmbH mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Mħallef uniku) fis-17 ta’ Mejju 2023 fil-Kawża T-267/22 – Consulta GmbH vs L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea
(Kawża C-443/23 P)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Appellant: Consulta GmbH (rappreżentanti: M. Kinkeldey, S. Clotten u S. Brandstätter, Rechtsanwälte)
Parti oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea
B’digriet tad-9 ta’ Novembru 2023, il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (Awla tal-Ammissjoni tal-Appelli) iddeċidiet li l-appell ma huwiex ammess u ordnat lill-appellanti ssostni l-ispejjeż tagħha stess.
____________