Rikors tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) ippreżentat fit-12 ta' Diċembru 2007 - Kerelov vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-109/07)
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Georgi Kerelov (Pazardzhik, il-Bulgarija) (rappreżentant: A. Kerelov, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej
Suġġett
Talba għal, minn naħa, l-annullament tad-Deċiżjoni ta' l-EPSO tat-2/2-2007, li ma tikkomunikax lir-rikorrenti l-informazzjoni u d-dokumenti relattivi għall-kompetizzjoni u, min-naħa l-oħra, għall-kumpens tad-dannu subit.
Dispożittiv
Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli.
Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.
____________