Language of document :





Digriet tal-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) tal-24 ta’ Mejju 2011 – Government of Gibraltar vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-176/09)

“Rikors għal annullament – Direttiva 92/43/KEE – Konservazzjoni tal-habitats naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa – Deċiżjoni 2009/95/KE – Lista ta’ siti ta’ importanza għall-Komunità għar-reġjun bijoġeografiku tal-Mediterran – Inklużjoni fis-sit ta’ importanza Komunitarja msejjaħ ‘Estrecho oriental’ ta’ żona ta’ ilmijiet territorjali ta’ Ġibiltà u ta’ settur ta’ baħar miftuh – Annullament parzjali – Indiviżibbiltà – Inammissibbiltà”

1.                     Rikors għal annullament - Suġġett - Annullament parzjali - Kundizzjoni - Natura diviżibbli tad-dispożizzjonijiet ikkontestati - Dispożizzjonijiet ta’ deċiżjoni tal-Kummissjoni li testendi l-arja ta’ sit ta’ importanza għall-Komunità - Anullament li jwassal għal bdil fis-sustanza tad-deċiżjoni - Inammissibbiltà (Artikolu 230 KE; Direttiva tal-Kunsill 92/43; Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/95) (ara l-punti 34, 37-42)

2.                     Proċedura - Ammissibbiltà tar-rikorsi - Evalwazzjoni b’riferiment għas-sitwazzjoni fil-mument tal-preżentata tar-rikors - Rikors inammissibbli - Deċiżjoni li fil-mori tal-kawża tissostitwixxi d-deċiżjoni kkontestata - Assenza ta’ effett fuq l-evalwazzjoni tal-ammissibbiltà tar-rikors (ara l-punti 47-49)

Suġġett

Talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/95/KE, tat-12 ta’ Diċembru 2008, li tadotta, skont id-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE, it-tieni lista aġġornata tas-siti ta’ importanza Komunitarja għar-reġjun bijoġeografiku tal-Mediterran (ĠU 2009 L 43, p. 393), sa fejn din testendi s-sit imsejjaħ “Estrecho Oriental” (ES6120032) għall-ilmijiet territorjali ta’ Ġibiltà (kemm ġewwa kif ukoll barra s-sit UKGIB0002) u għal settur ta’ baħar miftuħ.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

2)

Il-Government of Gibraltar huwa kkundannat għall-ispejjeż tiegħu kif ukoll għall-ispejjeż tal-Kummissjoni Ewropea.

3)

Ir-Renju ta’ Spanja u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.