Language of document :

Rikors ippreżentat fl-24 ta' Awwissu 2012 - Ferienhäuser zum See vs UASI - Sunparks Groep (Sun Park Holidays)

(Kawża T-383/12)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Ferienhäuser zum See (Marienmünster, il-Ġermanja) (rappreżentanti: M. Boden u I. Höfener, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Sunparks Groep NV (Den Haan, il-Belġju)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-25 ta' Ġunju 2012 fil-Każ R 1928/2011-4;

tannulla d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni tal-25 ta' Lulju 2011; u

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva "Sun Park Holidays Die Wohl kinderfreundlichste Art Campingurlaub zu machen!" bil-kuluri blu, isfar u iswed, għal servizzi fil-klassijiet 39 u 43 - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 9078049

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark jew sinjal invokat: applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 6852453 għat-trade mark figurattiva bil-kuluri blu u aħdar "Sunparks Holiday Parks", għal servizzi fil-klassijiet 39, 41 u 43; reġistrazzjoni tal-Benelux Nru 834301 tat-trade mark verbali "SUNPARK"; reġistrazzjoni tal-Benelux Nru 853882 u reġistrazzjoni internazzjonali Nru 992185 tat-trade mark figurattiva "SUNPARKS"

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009.

____________