Language of document :

Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Ġunju 2014 – Duro Felguera vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-401/14)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Duro Felguera, SA (Gijón, Spanja) (rappreżentant: A. López Gómez, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

sussidjarjament, tannulla d-deċiżjoni li tikklassifika d-diversi miżuri fiskali ,miġbura taħt l-isem ta’ Sistema Spanjola tat-Taxxa tal-Lokazzjoni (iktar ’il quddiem is-“STL”) bħala għajnuna mill-Istat ġdida u inkompatibbli mas-suq intern;

sussidjarjament, tannulla l-Artikoli 1 u 4 tad-deċiżjoni kkontestata, li jidentifikaw lill-entitajiet investituri fil-gruppi b’interess ekonomiku (iktar ’il quddiem il-“GIE”) bħala benefiċjarji uniċi ta’ din l-allegata għajnuna u, għalhekk, bħala l-uniċi suġġetti għall-obbligu ta’ rkupru;

sussidjarjament, tannulla l-Artikolu 4 tad-deċiżjoni kkontestata sa fejn jordna l-irkupru tal-allegata għajnuna bi ksur tal-prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni;

sussidjarjament, tannulla l-Artikolu 4 tad-deċiżjoni kkontestata sa fejn jiddeċiedi dwar il-legalità tal-kuntratti privati konklużi bejn l-investituri u entitajiet oħra, u

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż kollha ta’ din il-kawża.

Motivi u argumenti prinċipali

Id-deċiżjoni li qiegħda tiġi kkontestata f’din il-kawża hija l-istess bħal dik fil-Kawża T-515/13, Spanja vs Il-Kummissjoni.

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka sitt motivi.

Permezz tal-ewwel motiv tagħha, ir-rikorrenti tqis li d-deċiżjoni kkontestata tikser l-Artikolu 107 TFUE sa fejn tikklassifika s-STL u l-miżuri li jikkostitwixxuha bħala għajnuna mill-Istat. Ir-rikorrenti tallega li l-premessa ġenerali li minnha titlaq il-Kummissjoni hija żbaljata peress li din tikkunsidra grupp ta’ tranżazzjonijiet legali privati mwettqa mill-persuni taxxabbli sabiex jimmassimizzaw il-profitti tagħhom bħala l-istabbiliment ta’ mekkaniżmu ad hoc mill-awtoritajiet fiskali sabiex jiġġeneraw vantaġġi fiskali.

Permezz tat-tieni motiv tagħha, ir-rikorrenti tallega li l-Kummissjoni ddeterminat b’mod żbaljat il-benefiċjarju tal-għajnuna sa fejn il-Kummissjoni stess tirrikonoxxi li min jirċievi l-għajnuna, jew il-parti l-kbira tal-għajnuna, huwa sid il-bastiment li jakkwista l-bastiment, u mhux il-GIE. Fil-fatt, għalkemm id-deprezzament antiċipat jintalab mill-GIE u inizjalment jibbenefikaw minnu l-membri tiegħu, 90 % ta’ dan id-deprezzament jingħadda lill-kumpanniji tat-tbaħħir.Permezz tat-tielet motiv tagħha, ir-rikorrenti tallega ksur tal-Artikoli 107 TFUE u 108 TFUE minħabba l-klassifikazzjoni tas-sistema Spanjola tat-taxxa skont it-tunnellaġġ għal ċerti każijiet bħala għajnuna ġdida minflok bħala għajnuna eżistenti.Permezz tar-raba’ motiv tagħha, ir-rikorrenti tallega ksur tal-Artikoli 107 TFUE u 296 TFUE minħabba li l-Kummissjoni ma mmotivatx biżżejjed ir-raġunijiet li wasluha sabiex tqis lill-GIE u lill-investituri tiegħu bħala benefiċjarji uniċi u finali tal-għajnuna mill-Istat u bħala suġġet

ti għall-obbligu ta’ rkupru.Permezz tal-ħames motiv tagħha, imressaq b’mod sussidjarju, ir-rikorrenti tallega li huwa impossibbli li jiġi ordnat l-irkupru tal-għajnuna peress li d-deċiżjoni kkontestata ma tosservax il-prinċipji ġenerali ta’ ugwal

janza fit-trattament, ta’ proporzjonalità u ta’ aspettattivi leġittimi. Permezz tas-sitt motiv tagħha, imressaq b’mod sussidjarju, ir-rikorrenti ssostni li kien hemm ksur tal-prinċipju ta’ attribuzzjoni tal-kompetenzi fuq il-bażi tal-Artikoli 107 TFUE u 108 TFUE, tal-Artikolu 14 tar-Regolament tal-Kunsill Nru 65

9/1999 u tal-Artikolu 16 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni, minħabba li d-deċiżjoni kkontestata tagħti deċiżjoni dwar il-validità ta’ klawżoli kuntrattwali li jinsabu f’kuntratti privati konklużi fuq il-bażi tad-dritt Spanjol bejn l-investituri u entitajiet oħra.