Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tas-17 ta' Diċembru 2009 - Nijs vs Il-Qorti tal-Awdituri
("Appell - Servizz Pubbliku - Uffiċjali - Deċiżjoni li r-rikorrent ma jiġix promoss għall-proċedura 2005 - Appell parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat")
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Partijiet
Appellant: Bart Nijs (Bereldange, il-Lussemburgu) (rappreżentant: F. Rollinger, avukat)
Appellata: Il-Qorti tal-Awdituri tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: T. Kennedy, J.-M. Stenier u G. Corstens, aġenti)
Suġġett
Appell mis-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (It-Tieni Awla) tad-9 ta' Ottubru 2008, Nijs vs Il-Qorti tal-Awdituri (F-49/06, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra), u intiża għall-annullament ta' din is-senternza.
Dispożittiv
L-appell huwa miċħud.
Bart Nijs għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti mill-Qorti tal-Awdituri tal-Unjoni Ewropea f'din l-istanza.
____________1 - ĠU C 55, 7.3.2009.