Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Jannar 2024 – CA vs Il-Qorti tal-Awdituri
(Kawża T-34/24)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: CA (rappreżentant: A. Tymen, avukata)
Konvenut: Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri
Talbiet
Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
tiddikjara dan ir-rikors ammissibbli u fondat;
tannulla d-Deċiżjoni Nru 20-2023 dwar il-promozzjonijiet skont l-eżerċizzju tal-2023 tas-Segretarju Ġenerali tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri tat-22 ta’ Marzu 2023, sa fejn din ma tinkludix isem ir-rikorrent fir-rigward tal-uffiċjali promossi għall-grad AD8 mill-1 ta’ Jannar 2023;
tannulla d-deċiżjoni tas-Segretarju Ġenerali tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri tal-10 ta’ Ottubru 2023, li tiċħad l-ilment tat-13 ta’ Ġunju 2023;
tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż kollha.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka erba’ motivi.
L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikoli 6.2 u 6.4 tad-Deċiżjoni Nru 26-2020 u fuq ksur tal-Artikolu 41(1) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.
It-tieni motiv ibbażat fuq ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni.
It-tielet motiv ibbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament, fuq ksur tal-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni, fuq ksur tad-Deċiżjoni Nru 011-21 u fuq ksur tal-Artikolu 45 tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem ir-“Regolamenti tal-Persunal”).
Ir-raba’ motiv ibbażat fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni u fuq ksur tal-Artikolu 45 tar-Regolamenti tal-Persunal.
____________