Language of document : ECLI:EU:T:2013:52





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) tal-1 ta’ Frar 2013 — Coin vs UASI — Dynamiki Zoi (Fitcoin)

(Kawża T‑272/11)

“Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali Fitcoin — Trade marks nazzjonali, Komunitarji u internazzjonali figurattivi preċedenti coin — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”

1.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu — Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti — Kriterji ta’ evalwazzjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 20, 21)

2.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu — Xebh bejn it-trade marks ikkonċernati — Kriterji ta’ evalwazzjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 22, 23)

3.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu — Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti — Trade mark verbali Fitcoin u trade marks figurattivi coin (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 24, 25, 30‑39)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tal-21 ta’ Frar 2011 (Każ R 1836/2010‑2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Coin SpA u Dynamiki Zoi AE.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), tal-21 ta’ Frar 2011 (Każ R 1836/2010‑2) hija annullata sa fejn din tiċħad l-oppożizzjoni f’dak li jikkonċerna l-“ħwejjeġ, inklużi żraben u papoċċi”, li jaqgħu fil-klassi 25.

2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3)

L-UASI huwa kkundannat ibati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll terz mill-ispejjeż sostnuti minn Coin SpA.

4)

Coin għandha tbati żewġ terzi tal-ispejjeż tagħha.