Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Marzu 2014 – Schwenk Zement vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-306/11) 1
(“Kompetizzjoni – Proċedura amministrattiva – Deċiżjoni ta’ talba għal informazzjoni – Natura neċessarja tal-informazzjoni mitluba – Obbligu ta’ motivazzjoni – Proporzjonalità”)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Schwenk Zement KG (Ulm, il-Ġermanja) (rappreżentant: M. Raible, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Kellerbauer, R. Sauer u C. Hödlmayr, aġenti, assistiti minn A. Böhlke, avukat)
Suġġett
Annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2011) 2367 finali, tat-30 ta’ Marzu 2011, dwar proċedura skont l-Artikolu 18(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 (Każ 39520 - Siment u prodotti relatati).
Dispożittiv
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2011) 2367 finali, tat-30 ta’ Marzu 2011, dwar proċedura skont l-Artikolu 18(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 (Każ 39520 – Siment u prodotti relatati), hija annullata sa fejn tikkonċerna l-ħdax-il sensiela ta’ mistoqsijiet tal-kwestjonarju li jikkostitwixxi l-Anness I.
Schwenk Zement KG għandha tbati żewġ terzi tal-ispejjeż tagħha kif ukoll żewġ terzi tal-ispejjeż tal-Kummissjoni Ewropea. Il-Kummissjoni għandha tbati terz tal-ispejjeż tagħha kif ukoll terz tal-ispejjeż ta’ Schwenk Zement.
Ir-rikors huwa miċħud għall-bqija.
____________1 ĠU C 238, 13.08.2011.