Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta' Marzu 2010 - Lind vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-5/09) 1

("Rikors għad-danni - Konsegwenzi fuq is-saħħa pubblika tal-aċċident nukleari f'Thule (il-Groenlandja) - Direttiva 96/29/Euratom - Nuqqas ta' adozzjoni min-naħa tal-Kummissjoni ta' miżuri kontra Stat Membru - Rikors manifestament infondat fid-dritt")

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Brigit Lind (Greve, id-Danimarka) (rappreżentant: I. Anderson, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: E. White u M. Patakia, aġenti)

Suġġett

Rikors għad-danni intiż sabiex jinkiseb kumpens għad-dannu subit minħabba l-allegat nuqqas ta' adozzjoni min-naħa tal-Kummissjoni tal-miżuri neċessarji sabiex tobbliga lir-Renju tad-Danimarka li jadotta l-liġijiet u d-dispożizzjonijiet amministrattivi li jippermettulu li jikkonforma ruħhu mad-Direttiva tal-Kunsill 96/29/Euratom, tat-13 ta' Mejju 1996, li tistabbilixxi standards bażiċi ta' sigurtà għall-ħarsien tas-saħħa tal-ħaddiema u l-pubbliku ġenerali kontra l-perikli li jiġu minn radjazzjoni jonizzanti (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 2, p. 291) u sabiex japplika dawn id-dispożizzjonijiet għall-ħaddiema involuti fl-aċċident nukleari ta' Thule (il-Groenlandja)

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

B. Lind hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 69, 21.3.2009.