Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta' Ottubru 2012 - Automobili Lamborghini vs UASI - Miura Martínez (Miura)

(Kawża T-191/11) 

["Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta' oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva Miura - Trade marks nazzjonali verbali u internazzjonali figurattivi preċedenti Miura - Drittijiet tad-difiża - Dritt għal smigħ - Artikolu 75 tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Notifikazzjoni bil-posta regolari - Regola 62(1) u (5) tar-Regolament (KE) Nru 2868/95"]

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Automobili Lamborghini Holding SpA (Sant'Agata Bolognese, l-Italja) (rappreżentant: P. Kather, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: K. Klüpfel u D. Walicka, aġenti)

Partijiet oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Eduardo Miura Martínez u Antonio José Miura Martínez (Seville, Spanja)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-UASI, tal-21 ta' Jannar 2011 (Każ R 161/2010-4), dwar proċedimenti ta' oppożizzjoni bejn Eduardo Miura Martínez u Antonio José Miura Martínez, minn naħa, u Automobili Lamborghini Holding SpA, min-naħa l-oħra.

Dispożittiv

Id-Deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), tal-21 ta' Jannar 2011 (Każ R 161/2010-4), hija annullata.

L-UASI hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 160, 28.05.2010