Language of document :

Rikors ippreżentat fis-6 ta' Awwissu 2008 - Visser-Fornt Raya vs Europol

(Kawża F-67/08)

Lingwa tal-kawża: L-Olandiż

Partijiet

Rikorrenti: Maria Teresa Visser-Fornt Raya (L-Aja, l-Olanda) (rappreżentant: P. De Casparis, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju Ewropew tal-Pulzija (Europol)

Suġġett

L-annullament tad-deċiżjoni tal-4 ta' Ottubru 2007, li biha Europol informa lir-rikorrenti li ma kien hemm l-ebda possibbiltà li joffrilha impjieg permanenti.

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tal-4 ta' Ottubru 2007, li biha Europol informa lir-rikorrenti li ma kien hemm l-ebda possibbiltà li joffrilha impjieg permanenti, kif ukoll id-deċiżjoni tad-29 ta' April li tiċħad l-ilment imressaq kontra l-ewwel deċiżjoni u d-deċiżjoni tat-12 ta' Ġunju 2008 li hija t-tkomplija ta' dik tal-4 ta' Ottubru 2007;

tikkundanna lil Europol għall-ispejjeż.

____________