Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ Settembru 2022 – Collard vs ID

(Kawża T-53/22) 1

(“Dritt istituzzjonali – Membru tal-Parlament – Sospensjoni u esklużjoni ta’ deputat mill-grupp politiku tiegħu – Rikorrent li waqaf milli jwieġeb għat-talbiet tal-Qorti Ġenerali – Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Gilbert Collard (Vauvert, Franza) (rappreżentant: B. Kuchukian, avukat)

Konvenut: Groupe politique Identité et démocratie (ID) (rappreżentant: J. Bosquet, avukat)

Suġġett

Permezz tar-rikors tiegħu bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrent jitlob l-annullament tad-deċiżjonijiet tal-bureau tal-groupe politique « Identité et démocratie » (ID) tal-Parlament Ewropew, tat-22 u tal-25 ta’ Jannar 2022, li permezz tagħhom huwa ġie sospiż u sussegwentement eskluż minn dan il-grupp.

Dispożittiv

Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni fuq ir-rikors, sa fejn dan huwa indirizzat kontra l-groupe politique « Identité et démocratie » (ID).

Ir-rikorrent huwa kkundannat għall-ispejjeż, bl-eċċezzjoni ta’ dawk li dwarhom il-Qorti Ġenerali diġà tat deċiżjoni fid-digriet tal-14 ta’ Lulju 2022, Collard vs Il-Parlament u ID (T-53/22, mhux ippubblikat, EU:T:2022:463).

____________

1     ĠU C 158, 11.4.2022.