Language of document :

Rikors ippreżentat fis-17 ta' Frar 2009 - Volkswagen vs UASI - Suzuki Motor (SWIFT GTi)

(Kawża T-63/09)

Lingwa tar-rikors: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Volkswagen AG (Wolfsburg, il-Ġermanja) (rappreżentanti: H.-P. Schrammek, C. Drzymalla u S. Risthaus, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Suzuki Motor Corporation

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tad-9 ta' Diċembru 2008, fil-Każ R-749/2007-2;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: Suzuki Motor Corporation

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali "SWIFT GTi" għal prodotti fil-klassi 12 (Applikazzjoni Nru 3 456 084)

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-rikorrenti

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: it-trade mark verbali rreġistrata fil-Ġermanja "GTi" (Nru 39 406 386) u t-trade mark verbali internazzjonali "GTI" (Nru 717 592) għal prodotti fil-klassi 12

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 1, peress li hemm probabbiltà ta' konfużjoni bejn it-trade marks kunfliġġenti.

____________

1 - Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94, tal-20 ta' Diċembru 1993, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU 1994, L 11, p. 1)