Language of document :

Rikors ippreżentat fis-16 ta' Frar 2009 - Micro Shaping vs UASI (>packaging)

(Kawża T-64/09)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Micro Shaping Ltd (Worthing, ir-Renju Unit) (rappreżentant: A. Franke, avukata)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-11 ta' Diċembru 2008 - Każ R 1063/2008-1 - dwar l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja Nru 006354311 ">packaging";

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva ">packaging" għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 16, 17 u 42 (Applikazzjoni Nru 6 354 311)

Deċiżjoni tal-eżaminatur: applikazzjoni għar-reġistrazzjoni parzjalment irrifjutata

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (ċ) tar-Regolament (KE) Nru 40/941, peress li t-trade mark li għaliha saret applikazzjoni għandha l-karattru distintiv neċessarju u ma jeżisti l-ebda rekwiżit ta' disponibbiltà, kif ukoll tad-dritt għal smigħ skont l-Artikolu 73 tar-Regolament Nru 40/94.

____________

1 - Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94 tal-20 ta' Diċembru 1993 dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU 1994, L 11, p. 1).