Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta' Settembru 2010 - Micro Shaping vs UASI (packaging)

(Kawża T-64/09) 1

"Trade mark Komunitarja - Talba għal trade mark figurattiva packaging - Raġuni assoluta ta' rifjut - Karattru deskrittiv - L-Artikolu 7(1)(ċ) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li issa sar l-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]"

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Micro Shaping Ltd (Goring-by-Sea, Worthing, West Sussex, ir-Renju Unit) (rappreżentant: A. Franke, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: S. Schäffner, aġent)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel tal-Bord tal-Appell tal-UASI, tal-11 ta' Diċembru 2008 (Każ R 1063/2008-1), dwar talba għar-reġistrazzjoni ta' sinjal figurattiv packaging bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Micro Shaping Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 102, 01.05.2009.