Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta' Ottubru 2010 - Reali vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-65/09 P) 1

"Appell - Servizz pubbliku - Membri tal-persunal bil-kuntratt - Reklutaġġ - Klassifikazzjoni fi grad - Esperjenza professjonali - Diploma - Ekwivalenza"

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellant: Enzo Reali (Firenze, l-Italja) (rappreżentant: S. Pappas)

Appellata: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u B. Eggers, aġenti)

Suġġett

Appell mis-sentenza mogħtija mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (It-Tieni Awla), fil-11 ta' Diċembru 2008, Reali vs Il-Kummissjoni, (F-136/06, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra), intiż għall-annullament ta' din is-sentenza.

Dispożittiv

L-appell huwa miċħud.

E. Reali għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea fil-kuntest ta' din l-istanza.

____________

1 - ĠU C 102, 1.5.2009.