Language of document :

Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Marzu 2023 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Ellenika

(Kawża C-180/23)

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Rikorrent: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentant: D. Triantafyllou u P. Messina, agenti)

Konvenut: Ir-Repubblika Ellenika

Talbiet

tikkonstata li, billi ma kkonkludietx u ma ppubblikatx ftehim kuntrattwali bejn l-awtoritajiet Griegi u l-Organismos Sidirodromon Ellados (l-Organizzazzjoni tal-Ferroviji tal-Greċja, OSE), il-ġestjonarju tal-infrastruttura Ellenika, ir-Repubblika Ellenika naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 30(2) u (6) tad-Direttiva 2012/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 2012 li tistabbilixxi żona ferrovjarja unika Ewropea (riformulazzjoni) 1 , ikkunsidrat flimkien mal-Anness V tagħha; u

tikkundanna lir-Repubblika Ellenika għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali    

Ir-Repubblika Ellenika ma kkonkludietx mal-ġestjonarju tal-infrastruttura (l-OSE) il-ftehim previst dwar l-infrastruttura tal-ferroviji li huwa previst fl-Artikolu 30 tad-Direttiva 2012/34. Issa, dan il-ftehim kellu jkun konkluż għas-16 ta’ Ġunju 2015 (Artikolu 64 tad-Direttiva) u josserva l-elementi kollha elenkati fl-Anness V.

____________

1 ĠU 2012, L 343, p. 32, rettifiki fil-ĠU 2015, L 67, p. 32 u fil-ĠU 2015, L 196, p. 67.