Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunalul Specializat Mureş (ir-Rumanija) fil-21 ta’ Marzu 2023 – ERB New Europe Funding II vs YI

(Kawża C-178/23, ERB New Europe Funding II)

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Qorti tar-rinviju

Tribunalul Specializat Mureş

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: ERB New Europe Funding II

Konvenut: YI

Domanda preliminari

L-Artikolu 7(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE tal-5 ta’ April 1993 dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur 1 , fid-dawl, b’mod partikolari, tat-tlieta u għoxrin premessa tal-preambolu ta’ din id-direttiva u tal-prinċipju ta’ effettività, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jeskludux il-possibbiltà għal qorti nazzjonali li teżamina suspetti dwar in-natura inġusta ta’ klawżoli kuntrattwali stipulati f’kuntratt konkluż minn bejjiegħ jew fornitur ma’ konsumatur, anki meta jkunu diġà ġew eżaminati minn qorti nazzjonali oħra fil-kuntest ta’ proċedura tal-ewwel istanza fuq talba tal-konsumatur li ma pparteċipax fid-dibattiti u li ma kienx debitament assistit jew irrappreżentat minn avukat, u meta dawn is-suspetti ġew irrifjutati permezz ta’ deċiżjoni tal-qorti li ma kinitx ikkontestata mill-konsumatur, u li għalhekk, fid-dritt proċedurali nazzjonali kisbet awtorità ta’ res judicata, jekk miċ-ċirkustanzi partikolari tat-tilwima jirriżulta b’mod plawżibbli u raġonevoli li dan il-konsumatur ma użax ir-rimedju f’din l-ewwel proċedura minħabba l-għarfien jew l-informazzjoni limitati tiegħu?

____________

1     ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 288, rettifika fil-ĠU 2023, L 17, p. 100.