Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal da Concorrência, Regulação e Supervisão (il-Portugall) fl-24 ta’ April 2023 – Synlabhealth II S.A. vs Autoridade da Concorrência

(Kawża C-259/23, Synlabhealth II)

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal da Concorrência, Regulação e Supervisão

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Synlabhealth II S.A.

Konvenut: Autoridade da Concorrência

Domandi preliminari

Id-dokumenti professjonali inkwistjoni, trażmessi permezz tal-posta elettronika, huma “korrispondenza” skont l-Artikolu 7 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem il-“Karta”)?

L-Artikolu 7 tal-Karta jipprekludi s-sekwestru ta’ dokumentazzjoni professjonali, li tirriżulta minn komunikazzjonijiet stabbiliti bejn amministraturi u kollaboraturi ta’ impriżi permezz ta’ indirizzi ta’ posta elettronika, meta tkun inkwistjoni investigazzjoni ta’ ftehim u prattiki pprojbiti mill-Artikolu 101 TFUE (li kien l-Artikolu 81 KE)?

L-Artikolu 7 tal-Karta jipprekludi s-sekwestru ta’ tali dokumentazzjoni professjonali, permezz ta’ awtorizzazzjoni minn qabel tal-awtorità ġudizzjarja, in casu, il-Ministério Público (l-Uffiċċju tal-Prosekutur), li l-kompetenzi tiegħu huma li jirrappreżenta lill-Istat, li jiddefendi l-interessi ddeterminati mil-liġi, li jeżerċita l-azzjoni kriminali fid-dawl tal-prinċipju ta’ legalità u li jiddefendi l-legalità demokratika, skont il-Kostituzzjoni u li jaġixxi b’mod awtonomu mill-organi l-oħra ta’ poter ċentrali, reġjonali u lokali?

____________