Language of document :

Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Ġunju 2015 – L-Italja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-313/15)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentanti: P. Gentili, avvocato dello Stato, u G. Palmieri, aġent)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla l-avviż ta’ kompetizzjoni EPSO/AD/301/15 – Amministraturi (AD 5)

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-motivi u l-argumenti prinċipali invokati huma identiċi għal dawk invokati fil-Kawża T-17/15, Ir-Repubblika Taljana vs Il-Kummissjoni (ĠU C 81 tad-9 ta’ Marzu 2015, p. 27).

____________