Language of document :

Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Ġunju 2015 – Il-Greċja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-314/15)

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Rikorrenti: Il-Greċja (rappreżentanti: K. Boskovits u L. Kotroni))

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni, tat-23 ta’ Marzu 2015, SA.28876 (2012/C) (ex CP202/2009), dwar l-għajnuna mill-Istat mogħtija mill-Greċja lill-kumpannija Stathmos Emporevmatokivotion Peiraia & Cosco Pacific Limited;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka ħames motivi.

L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur tad-drittijiet tad-difiża tar-Repubblika Ellenika.

Insostenn ta’ dan il-motiv, ir-Repubblika Ellenika tinvoka l-bidla fil-bażi legali u fattwali tal-kawża bejn id-deċiżjoni li jingħata bidu għall-proċedura u d-deċiżjoni li tiddikjara li ngħatat l-għajnuna.

It-tieni motiv ibbażat fuq interpretazzjoni u applikazzjoni żbaljata tal-Artikolu 107(1) TFUE fir-rigward tal-kunċett ta’ għajnuna mill-Istat.

Insostenn ta’ dan il-motiv, ir-Repubblika Ellenika tinvoka l-assenza ta’ vantaġġ ekonomiku u ta’ natura selettiva tal-miżuri inkwistjoni u b’mod partikolari l-fatt li l-konvenuta ma indikatx korrettament is-sistema ta’ riferiment tal-imsemmija miżuri, naqset milli tevalwa s-sitwazzjonijiet ġuridiċi u fattwali, essenzjalment differenti bejniethom, tal-impriżi attivi fis-settur tax-xogħlijiet fl-infrastruttura pubblika mill-perspettiva tal-karatteristiċi partikolari tal-kuntratti ta’ konċessjonijiet li jkollhom tali suġġett u kisret il-prinċipji fundamentali u ta’ gwida tas-sistema fiskali ġenerali li manifestament iservu bħala bażi għall-miżuri inkwistjoni.

It-tielet motiv ibbażat fuq in-natura żbaljata, nieqsa u kontradittorja tal-motivazzjoni fir-rigward tal-għajnuna mill-Istat inkwistjoni.Insostenn ta’ dan il-motiv, ir-Repubblika Ellenika tinvoka n-natura żbaljata, nieqsa u kontradittorja tal-motivazzjoni fir-rigward ta’: a) l-għoti ta’ għajnuna mill-Istat permezz ta’ riżorsi tal-Istat, b) il-preżenza ta’ vantaġġi selettivi, ċ) il-paragun ma’ dispożizzjonijiet simili ta’ natura fiskali relatati mal-kuntratti ta’ konċessjoni fis-settur tax-xogħlijiet fl-infrastruttura pubblika approvati mill-Kummissjoni u d) id-distorsjoni tal-kompetizzjoni u l-effett fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membri.Ir-raba’ motiv, ibbażat fuq interpretazzjoni u applikazzjoni żbaljata tal-Artikolu 107

(3) TFUE fir-rigward tal-kompatibbiltà tal-għajnuna mas-suq intern.Insostenn ta’ dan il-motiv, ir-Repubblika Ellenika tinvoka l-evalwazzjoni żbaljata min-naħa tal-konvenuta fir-rigward tal-eżistenza ta’ għajnuna reġjonali kompatibbli u ta’ għajnuna neċessarja u proporzjonata li tippromwovi t-twettiq ta’ għan ta’ interess komuni.Il-ħames motiv, ibbażat fuq kwantifikazzjoni żbaljata tal-għajnuna u fuq il-ksur tal-prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni fil-qasam tal-irkupru tal-għajnuna.Insostenn ta’ d

an il-motiv, ir-Repubblika Ellenika tinvoka l-metodoloġija żbaljata proposta mill-konvenuta għall-kwantifikazzjoni tal-għajnuna u l-ksur tal-prinċipju ta’

ugwaljanza fit-trattament.

____________