Language of document :

Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Ġunju 2015 – European Union Copper Task Force vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-310/15)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: European Union Copper Task Force (Essex, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: C. Fernández Vicién u I. Moreno-Tapia Rivas, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob lill-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/408 tal-11 ta’ Marzu 2015 dwar l-implimentazzjoni tal-Artikolu 80(7) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jistabbilixxi lista ta' kandidati għas-sostituzzjoni, sa fejn japplika għall-komponenti tar-ram;

tikkundanna lill-Kummissjoni tbati l-ispejjeż ta’ din il-proċedura

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka żewġ motivi.

L-ewwel motiv ibbażat fuq li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/408 tal-11 ta’ Marzu 2015 dwar l-implimentazzjoni tal-Artikolu 80(7) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jistabbilixxi lista ta' kandidati għas-sostituzzjoni ġie adottat fuq bażi illegali, bħala Regolament Nru 1107/2009, b’mod partikolari l-Artikoli 24 u l-punt 4 tal-Anness II tiegħu, jiksru d-dritt tal-UE    ir-rikorrenti ssostni li jirriżulta minn provi xjentifiċi li l-kriterji ta’ persistenza, bijoakkumulazzjoni u tossiċità (iktar ’il quddiem “PBT”), b’mod partikolari l-persistenza, ma humiex xierqa għar-ram.barra minn hekk, skont ir-rikorrenti, l-applikazzjoni tal-kriterji tal-PBT għal sustanzi inorganiċi ma hijiex konsistenti ma’ istanzi leġiżlattivi oħra li ġew implementati fil-qasam tas-sustanzi kimiċi rregolati.Fl-aħħar nett, kif tallega r-rikorrenti, sa fejn jirrigwarda lill-kandidati għas-sostituzzjoni, l-applikazzjoni tal-kriterji PBT criteria għall-komponenti tar-ram tmur lil hinn dak li huwa neċessarju sabiex jintlaħqu l-għanijiet mixtieqa mir-Regolament Nru 1107/2009 u r-Regolament Nru 1107/2009 jinterpreta b’mod żbaljat il-prinċipju ta’ prekwazjoni.It-tie

ni motiv huwa bbażat, sussidjarjament, fuq il-fatt li billi l-komponenti tar-ram ġew inklużi fil-portata tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni 2015/408, il-Kummissjoni kisret il-prinċipju ta’ proporzjonalità.

____________