Language of document :

d:\documents\tra-doc\t-2015-0315\tra-doc-mt-req_comm-t-0315-2015-201509684-02_00.doc

Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Mejju 2015 – Vince vs UASI (ELECTRIC HIGHWAY)

(Kawża T-315/15)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Dale Vince (Gloucestershire, ir-Renju Unit) (rappreżentant: B. Longstaff, barrister)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI

Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark Komunitarja verbali “ELECTRIC HIGHWAY” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 010655819

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-UASI, tat-3 ta’ Marzu 2015, fil-Każ R 1442/2014-5

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tilqa’ l-applikazzjoni għal trade mark tar-rikorrent sabiex tkun tista’ ssir ir-reġistrazzjoni sħiħa ta’ din it-trade mark;tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.Motivi invokatiInterpretazzjoni żbaljata tat-tifsira tat-trade mark f’dak li jirrigwarda l-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament Nru 207/2009;Interpretazzjoni żbaljata tas-servizzi kkonċernati fil-klassi 39;It-tifsira tat-trade mark sostnuta mill-Bord tal-Appell fi kwalunkwe każ ma tiddeskrivix is-servizzi;Applikazzjoni żbaljata tal-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament Nru207/2009.

____________