Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Mejju 2016 – Market Watch vs EUIPO – Glaxo Group (MITOCHRON)

(Kawża T-312/15) 1

[“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea MITOCHRON – Trade mark nazzjonali verbali preċedenti MIVACRON – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”]

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Market Watch Franchise & Consulting, Inc. (Freeport, il-Bahamas) (rappreżentant: J. Korab, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: S. Bonne, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Glaxo Group Ltd (Brentford, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: S. Malynicz, barrister, u A. Smith, solicitor)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO, tal-20 ta’ Marzu 2015 (Każ R 507/2014-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Glaxo Group Ltd u Market Watch Franchise & Consulting, Inc.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Market Watch Franchise & Consulting, Inc. hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1     ĠU C 270, 17.8.2015.