Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Novembru 2016 – Vince vs EUIPO (ELECTRIC HIGHWAY)

(Kawża T-315/15) 1

[“Trade Mark tal-Unjoni Ewropea – Applikazzjoni għal trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali ELECTRIC HIGHWAY – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Karattru deskrittiv - Assenza ta’ karattru distintiv – Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”]

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Dale Vince (Stroud, ir-Renju Unit) (rappreżentant: B. Longstaff, barrister)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: S. Bonne, aġent)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-3 ta’ Marzu 2015 (Każ R 1442/2014-5), dwar talba għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali ELECTRIC HIGHWAY bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Dale Vince huwa kkundannat għall-ispejjeż.

____________

1     ĠU C 406, 7.12.2015.