Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-1 ta’ Marzu 2018 – Il-Polonja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-316/15) 1

(“FEŻR – Rifjut li tikkonferma għajnuna finanzjarja għal proġett maġġuri – L-ewwel paragrafu (g) tal-Artikolu 40(1) tar-Regolament (KE) Nru 1083/2006– Ġustifikazzjoni tal-parteċipazzjoni pubblika – Artikolu 41(2) tar-Regolament Nru 1083/2006 – Terminu li skada”)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika tal-Polonja (rappreżentant: B. Majczyna, aġent)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B.-R. Killmann, D. Recchia u M. Siekierzyńska, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (2015) 2230, tal-31 ta’ Marzu 2015, li rrifjutat li tikkonferma lir-Repubblika tal-Polonja għajnuna finanzjarja mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) favur il-proġett maġġuri “Ħolqien ta’ Servizzi Innovattivi fiċ-Ċentru ta’ Servizzi Maqsuma IBM fi Wrocław”, fil-kuntest tal-Assi Prioritarju Nru 4 tal-programm operazzjonali “Ekonomija Innovattiva”.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Ir-Repubblika tal-Polonja hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1     ĠU C 294, 7.9.2015.