Language of document : ECLI:EU:T:2019:582


 


 



Digriet tal-Qorti Ġenerali (IlĦames Awla) tal-5 ta’ Settembru 2019 –
LItalja vs IlKummissjoni

(Kawżi T313/15 u T317/15)

“Sistema lingwistika – Avviż ta’ kompetizzjonijiet ġenerali għar-reklutaġġ ta’ amministraturi – Għażla tat-tieni lingwa minn fost tliet lingwi – Regolament Nru 1 – Artikolu 1d(1), Artikolu 27 u Artikolu 28(f) tar-Regolamenti tal-Persunal – Prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni – Proporzjonalità – Rikors manifestament fondat”

1.      Uffiċjali — Avviż ta’ kompetizzjoni ġenerali — Lingwi ta’ parteċipazzjoni fl-eżamijiet — Limitazzjoni tal-għażla tat-tieni lingwa — Diskriminazzjoni bbażata fuq il-lingwa — Ġustifikazzjoni bbażata fuq l-interess tas-servizz li tikkonsisti f’li l-persuni rreklutati ġodda jkunu immedjatament operattivi — Inammissibbiltà

(Regolamenti tal-Persunal, Artikoli 1d u 28(f), u l-Anness III, Artikolu 1(1)(f); Regolament tal-Kunsill Nru 1, Artikolu 1)

(ara l-punti 54-57, 63-65, 70, 105)

2.      Uffiċjali — Avviż ta’ kompetizzjoni ġenerali — Lingwi ta’ parteċipazzjoni fl-eżamijiet — Ugwaljanza fit-trattament — Stħarriġ ġudizzjarju — Portata

(Regolamenti tal-Persunal, Artikolu 1d)

(ara l-punti 67, 68)

3.      Uffiċjali — Kompetizzjoni — Żvolġiment ta’ kompetizzjoni ġenerali — Lingwi ta’ komunikazzjoni bejn l-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal (EPSO) u l-kandidati — Limitazzjoni — Ammissibbiltà — Motivazzjoni — Ġustifikazzjoni fid-dawl tal-interess tas-servizz — Osservanza tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament bejn il-kandidati

(Regolamenti tal-Persunal, Artikoli 1d(1) u (6), u Anness III, Artikolu 1; Regolament tal-Kunsill Nru 1, Artikoli 2 u 5)

(ara l-punti 120-123, 130)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tal-avviż ta’ kompetizzjoni ġenerali EPSO/AD/301/15, għat-tfassil ta’ lista ta’ riżerva ta’ amministraturi (AD 5) (ĠU 2015, C 92 A, p. 1), u, fil-Kawża T‑317/15, talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tal-avviż ta’ kompetizzjoni ġenerali EPSO/AD/302/15, għat-tfassil ta’ lista ta’ riżerva ta’ amministraturi fil-qasam tal-awditjar (AD 5) (ĠU 2015, C 99 A, p. 1).

Dispożittiv

1)

Il-Kawżi T‑313/15 u T‑317/15 huma magħquda għall-finijiet ta’ dan id-digriet.

2)

L-avviż ta’ kompetizzjoni ġenerali EPSO/AD/301/15, għat-tfassil ta’ lista ta’ riżerva ta’ amministraturi (AD 5) u l-avviż ta’ kompetizzjoni ġenerali EPSO/AD/302/15, għat-tfassil ta’ lista ta’ riżerva ta’ amministraturi fil-qasam tal-awditjar (AD 5) huma annullati.

3)

Il-Kummissjoni għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha stess, dawk sostnuti mir-Repubblika Taljana.

4)

Ir-Renju ta’ Spanja għandu jbati l-ispejjeż tiegħu stess.