Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Settembru 2019 – L-Italja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-313/15 u T-317/15) 1

(“Sistema lingwistika – Avviż ta’ kompetizzjonijiet ġenerali għar-reklutaġġ ta’ amministraturi – Għażla tat-tieni lingwa minn fost tliet lingwi – Regolament Nru 1 – Artikolu 1d(1), Artikolu 27 u Artikolu 28(f) tar-Regolamenti tal-Persunal – Prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni – Proporzjonalità – Rikors manifestament fondat”)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentanti: G. Palmieri, aġent, assistit minn P. Gentili, avvocato dello stato)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment J. Currall u G. Gattinara, sussegwentement G. Gattinara, F. Simonetti u D. Milanowska, aġenti)

Intervenjent insostenn tar-rikorrent: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentant: M. J. García-Valdecasas Dorrego, aġent)

Suġġett

Fil-Kawża T-313/15, talba abbażi tal-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tal-avviż ta’ kompetizzjoni ġenerali EPSO/AD/301/15, għat-tfassil ta’ lista ta’ riżerva ta’ amministraturi (AD 5) (ĠU 2015, C 92 A, p. 1), u, fil-Kawża T-317/15, talba abbażi tal-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tal-avviż ta’ kompetizzjoni ġenerali EPSO/AD/302/15, għat-tfassil ta’ lista ta’ riżerva ta’ amministraturi fil-qasam tal-awditjar (AD 5) (ĠU 2015, C 99 A, p. 1).

Dispożittiv

Il-Kawżi T-313/15 u T-317/15 huma magħquda għall-finijiet ta’ dan id-digriet.

L-avviż ta’ kompetizzjoni ġenerali EPSO/AD/301/15, għat-tfassil ta’ lista ta’ riżerva ta’ amministraturi (AD 5) u l-avviż ta’ kompetizzjoni ġenerali EPSO/AD/302/15, għat-tfassil ta’ lista ta’ riżerva ta’ amministraturi fil-qasam tal-awditjar (AD 5) huma annullati.

Il-Kummissjoni għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha stess, dawk sostnuti mir-Repubblika Taljana.

Ir-Renju ta’ Spanja għandu jbati l-ispejjeż tiegħu stess.

____________

1     ĠU C 262, 10.08.2015.