Language of document :

Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Lulju 2015 – ADR Center vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-364/15)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: ADR Center Srl (Ruma, l-Italja) (rappreżentant: L. Tantalo, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2015) 3117 finali tal-4 ta’ Mejju 2015;

alternattivament, tiddikjara eliġibbli l-ispejjeż kollha kkonstatati mill-Kummissjoni bħala inammissibbli;

tikkundanna lill-konvenuta u lil kull intervenjenti għall-ispejjeż legali tar-rikorrenti u l-ispejjeż għal din il-kawża għal ammont li għandu jiġi ddeterminat mill-Qori Ġenerali kif jidhrilha li huwa xieraq.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka erba’ motivi.

L-ewwel motiv ibbażat fuq in-nuqqas ta’ kompetenza tal-Kummissjoni li tadotta ordni ta’ rkupru f’materji kuntrattwali.It-tieni motiv ibbażat fuq il-fatt li d-deċiżjoni hija bbażata fuq żbalji ta’ fatt u ta’ evalwazzjoni. It-tielet motiv ibbażat fuq użu ħażin ta’ poter min-naħa tal-Kummissjoni.Ir-raba’ motiv ibbażat fuq ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni min-naħa tal-Kummissjoni.

____________