Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Marzu 2016 – Työhönvalmennus Valma vs UASI (Forma ta’ kaxxa tal-logħob li fiha blokok tal-injam)

(Kawża T-363/15) 1

[“Trade mark Komunitarja – Applikazzjoni għal trade mark tridimensjonali Komunitarja -– Forma ta’ kaxxa tal-logħob li fiha blokok tal-injam – Raġuni assoluta għal rifjut – Assenza ta’ karattru distintiv – Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 – Assenza ta’ karattru distintiv miksub permezz tal-użu – Artikolu 7(3) tar-Regolament Nru 207/2009”]

Lingwa tal-kawża: il-Finlandiż

Partijiet

Rikorrenti: Työhönvalmennus Valma Oy (Lahti, il-Finlandja) (rappreżentanti: S. Salonen u K. Parviainen, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: M. Rajh, aġent)

Suġġett

Rikors kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tal-4 ta’ Mejju 2015 (Każ R 1690/2014-2), li tikkonċerna applikazzjoni għal reġistrazzjoni ta’ sinjal tridimensjonali kkostitwit mill-forma ta’ kaxxa tal-logħob fiha blokok tal-injam bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Työhönvalmennus Valma OY hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1     ĠU C 337, 12.10.2015.