Language of document : ECLI:EU:T:2016:149





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) tas-16 ta’ Marzu 2016 – Työhönvalmennus Valma vs UASI (Forma ta’ kaxxa tal-logħob li fiha blokok tal-injam)

(Kawża T‑363/15)

“Trade mark Komunitarja – Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja tridimensjonali – Forma ta’ kaxxa tal-logħob li fiha blokok tal-injam – Raġuni assoluta għal rifjut – Assenza ta’ karattru distintiv – Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 – Assenza ta’ karattru distintiv akkwistat bl-użu  – Artikolu 7(3) tar-Regolament Nru 207/2009 ”

1.                     Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Trade marks li ma humiex ta’ karattru distintiv – Kunċett [Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(b)] (ara l-punt 12)

2.                     Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Trade marks li ma humiex ta’ karattru distintiv – Trade mark tridimensjonali komposta mill-forma tal-prodott – Karattru distintiv – Kriterji ta’ evalwazzjoni [Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(b)] (ara l-punti 13-16, 21)

3.                     Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Trade marks li ma humiex ta’ karattru distintiv – Trade mark tridimensjonali kkontitwita mill-forma ta’ kaxxa tal-logħob li fiha blokok tal-injam [Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(b)] (ara l-punti 18-20, 30, 31, 50, 52)

4.                     Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Trade marks li ma humiex ta’ karattru distintiv – Eċċezzjoni – Kisba tal-karattru distintiv permezz tal-użu – Portata – Trade mark nieqsa minn karattru distintiv fl-Unjoni kollha – Akkwist mill-użu bl-istess mod fl-Unjoni kollha (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikoli 1(2) u 7(2) u ( 3) (ara l-punti 34-37, 41-43)

5.                     Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Trade marks li ma humiex ta’ karattru distintiv – Eċċezzjoni – Kisba tal-karattru distintiv permezz tal-użu – Kriterji ta’ evalwazzjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(3) (ara l-punti 38-40)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tal-4 ta’ Mejju 2013 (Każ R 1690/2014-2), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ sinjal tridimensjonali kompost mill-forma ta’ kaxxa tal-logħob li fiha blokok tal-injam bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Työhönvalmennus Valma Oy hija kkundannata għall-ispejjeż.