Language of document : ECLI:EU:T:2016:200





Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ April 2016 – ADR Center vs Il‑Kummissjoni

(Kawża T‑364/15 R)

“Proċeduri għal miżuri provviżorji – Klawżola ta’ arbitraġġ – Ftehimiet konklużi sabiex jiġu mwettqa proġetti ffinanzjati mill-Unjoni fil-kuntest tal-programm ‘Ġustizzja Ċivil’ – Deċiżjoni eżekuttiva tal-Kummissjoni li tipproċedi għall-irkupru tas-somom imħallsa – Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Nuqqas ta’ urġenza”

1.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji – Sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Miżuri provviżorji – Kundizzjonijiet għall-għoti – Fumus boni juris – Urġenza – Dannu gravi u irreparabbli – Natura kumulattiva – Ibbilanċjar tal-interessi kollha inkwistjoni – Setgħa diskrezzjonali tal-Imħallef għal miżuri provviżorji (Artikoli 256(1) TFUE, 278 TFUE u 279 TFUE u r-raba’ paragrafu tal-Artikolu 299 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikoli 156(3) u 161(1)) (ara l-punti 17-19)

2.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji – Sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Miżuri provviżorji – Kundizzjonijiet għall-għoti – Urġenza – Dannu gravi u irreparabbli – Oneru tal-prova – Dannu finanzjarju – Obbligu li jingħataw indikazzjonijiet konkreti u preċiżi, sostnuti bi provi dokumentali ddettaljati – Sitwazzjoni li tista’ tipperikola l-eżistenza tal-kumpannija rikorrenti – Evalwazzjoni fid-dawl tas-sitwazzjoni tal-grupp ta’ appartenenza (Artikoli 278 TFUE u 279 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 156(3)) (ara l-punti 26-30, 32, 34-36, 38, 39)

Suġġett

Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni forzata tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2015) 3117 finali, tal-4 ta’ Mejju 2015, dwar l-irkupru tal-ammont ta’ EUR 432 637.97, miżjud bl-interessi, dovut minn ADR Center Srl b’referenza għan-noti ta’ debitu Nri 3241408192 u 3241409206 li rispettivament jirrigwardaw EUR 155 507.97 u EUR 277 130.

Dispożittiv

1)

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

2)

Id-digriet tat-22 ta’ Jannar 2016 huwa mħassar, peress li jirrigwarda l-Kawża T‑364/15 R.

3)

L-ispejjeż huma rriżervati.