Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Diċembru 2016 – Todorova Androva vs Il-Kunsill et

(Kawża T-366/15 P) 1

(“Appell – Servizz pubbliku – Uffiċjali – Promozzjoni – Proċedura ta’ promozzjoni 2011 – Nuqqas ta’ inklużjoni fil-lista tal-uffiċjali li jistgħu jiġu promossi – Ċaħda tar-rikors fl-ewwel istanza – Artikolu 45 tar-Regolamenti tal-Persunal – Klawżola 4 tal-ftehim qafas bejn CES, UNICE u CEEP fuq ix-xogħol għal żmien determinat – Ugwaljanza fit-trattament – Obbligu ta’ motivazzjoni – Oneru tal-prova – Obbligu ta’ istruttorja mill-qorti li ser tiddeċiedi fuq il-mertu – Eċċezzjoni ta’ illegalità – Regola ta’ konkordanza bejn l-ilment u r-rikors ippreżentat quddiem il-qorti tal-Unjoni”)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellanti: Viara Todorova Androva (Rhode-Saint-Genèse, il-Belġju) (rappreżentant: M. Velardo, avukat)

Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Bauer u M. Veiga, aġenti); Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment J. Currall, G. Gattinara u A.-C. Simon, sussegwentement G. Gattinara u A.-C. Simon, aġenti); u Il-Qorti tal-Awdituri (rappreżentant: N. Scafarto, aġent)

Intervenjent insostenn tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: D. Nessaf u M. Dean, aġenti)

Suġġett

Appell mis-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (It-Tieni Awla) tad-29 ta’ April 2015, Todorova Androva vs Il-Kunsill (F-78/12, EU:F:2015:37), u intiż għall-annullament ta’ din is-sentenza.

Dispożittiv

L-appell huwa miċħud.

Viara Todorova Androva hija kkundannata tbati l-ispejjeż tagħha stess kif ukoll dawk tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u tal-Kummissjoni Ewropea.

Il-Parlament Ewropew għandu jbati l-ispejjeż tiegħu stess.

____________

1 ĠU C 337, 12.10.2015.