Language of document : ECLI:EU:T:2016:729





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Awla tal-Appell) tal-14 ta’ Diċembru 2016 – Todorova Androva vs IlKunsill et

(Kawża T366/15 P)

“Appell – Servizz pubbliku – Uffiċjali – Promozzjoni – Proċedura ta’ promozzjoni 2011 – Nuqqas ta’ inklużjoni fil-lista tal-uffiċjali li jistgħu jiġu promossi – Ċaħda tar-rikors fl-ewwel istanza – Artikolu 45 tar-Regolamenti tal-Persunal – Klawżola 4 tal-ftehim qafas bejn CES, UNICE u CEEP fuq ix-xogħol għal żmien determinat – Ugwaljanza fit-trattament – Obbligu ta’ motivazzjoni – Oneru tal-prova – Obbligu ta’ istruttorja mill-qorti li ser tiddeċiedi fuq il-mertu – Eċċezzjoni ta’ illegalità – Regola ta’ konkordanza bejn l-ilment u r-rikors ippreżentat quddiem il-qorti tal-Unjoni”

1.      Atti tal-istituzzjonijiet – Direttivi – Direttiva 1999/70 li tirrigwarda l-ftehim qafas bejn CES, UNICE u CEEP fuq ix-xogħol għal żmien determinat – Impożizzjoni diretta ta’ obbligi fuq l-istituzzjonijiet tal-Unjoni fir-rapporti tagħhom mal-persunal tagħhom – Esklużjoni – Invokabbiltà – Portata

(It-tielet paragrafu tal-Artikolu 288 TFUE; Direttiva tal-Kunsill 1999/70)

(ara l-punti 33, 34)

2.      Atti tal-istituzzjonijiet – Direttivi – Direttiva 1999/70 li tirrigwarda l-ftehim qafas bejn CES, UNICE u CEEP fuq ix-xogħol għal żmien determinat – Projbizzjoni ta’ diskriminazzjoni kontra l-ħaddiema għal żmien determinat – Natura imputabbli lill-istituzzjonijiet tal-Unjoni fil-kuntest tar-rapporti tagħhom mal-persunal tagħhom

(It-tielet paragrafu tal-Artikolu 288 TFUE; Direttiva tal-Kunsill 1999/70, Anness, Klawżola 4)

(ara l-punti 35-38)

3.      Atti tal-istituzzjonijiet – Direttivi – Implementazzjoni mill-Istati Membri – Neċessità li tiġi żgurata l-effettività tad-direttivi – Obbligi tal-qrati nazzjonali – Obbligu ta’ interpretazzjoni konformi – Portata – Interpretazzjoni contra legem tad-dritt nazzjonali – Esklużjoni

(It-tielet paragrafu tal-Artikolu 288 TFUE)

(ara l-punti 43-45)

4.      Uffiċjali – Promozzjoni – Minimu ta’ anzjanità fil-grad meħtieġ – Kalkolu – Teħid inkunsiderazzjoni tal-perijodi ta’ xogħol imwettqa bħala membru tal-persunal temporanju – Esklużjoni

(Regolamenti tal-Persunal, Artikoli 34 u 45; Kondizzjonijiet tal-impjieg applikabbli għall-aġenti l-oħra, Artikoli 15 u 16)

(ara l-punti 48, 49)

5.      Uffiċjali – Promozzjoni – Minimu ta’ anzjanità fil-grad meħtieġ – Kalkolu – Esklużjoni tal-perijodi mwettqa bħala membru tal-persunal temporanju – Ksur tad-Direttiva 1999/70 li tirrigwarda l-ftehim qafas bejn CES, UNICE u CEEP fuq ix-xogħol għal żmien determinat – Assenza

(Regolamenti tal-Persunal, Artikolu 45; Direttiva tal-Kunsill 1999/70, Anness, Klawżola 4)

(ara l-punti 58, 59, 71)

6.      Rikorsi tal-uffiċjali – Ilment amministrattiv imressaq qabel – Konkordanza bejn l-ilment u r-rikors – Identiċità tas-suġġett u tal-kawża – Motivi u argumenti li ma jidhrux fl-ilment, iżda li huma relatati strettament miegħu – Ammissibbiltà

(Regolamenti tal-Persunal, Artikoli 90 u 91)

(ara l-punti 78, 79)

Suġġett

Appell mis-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (It-Tieni Awla) tad-29 ta’ April 2015, Todorova Androva vs Il‑Kunsill (F‑78/12, EU:F:2015:37), u intiż għall-annullament ta’ din is-sentenza.

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

Viara Todorova Androva hija kkundannata tbati l-ispejjeż tagħha stess kif ukoll dawk tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u tal-Kummissjoni Ewropea.

3)

Il-Parlament Ewropew għandu jbati l-ispejjeż tiegħu stess.