Language of document : ECLI:EU:T:2016:576





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) tat-28 ta’ Settembru 2016 – Lacamanda Group vs EUIPO – Woolley (HENLEY)

(Kawża T‑362/15)

“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità – Trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali HENLEY – Trade marks tar-Renju Unit u tal-Unjoni Ewropea verbali preċedenti HENLEYS – Artikolu 8(5) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 – Vantaġġ indebitu miksub mill-karattru distintiv jew mir-reputazzjoni tat-trade mark preċedenti”

1.                     Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Definizzjoni u kisba tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah li għandha reputazzjoni – Protezzjoni tat-trade mark preċedenti li għandha reputazzjoni estiża għal prodotti jew servizzi li ma jixxibhux – Kundizzjonijiet – Reputazzjoni tat-trade mark fl-Istat Membru jew fl-Unjoni – Kunċett – Kriterji ta’ evalwazzjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(5)) (ara l-punti 19-22)

2.                     Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedura għat-tressiq ta’ kawża – Kawża mressqa quddiem il-qorti tal-Unjoni – Ġurisdizzjoni tal-Qorti Ġenerali – Stħarriġ tal-legalità tad-deċiżjonijiet tal-Bordijiet tal-Appell (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 65(2)) (ara l-punt 25)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO, tal-24 ta’ April 2015 (Każ R 2255/2012‑4), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn The Lacamanda Group u Nigel Woolley.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tal-24 ta’ April 2015 (Każ R 2255/2012‑4) hija annullata.

2)

L‑EUIPO huwa kkundannat ibati l-ispejjeż tiegħu stess u l-ispejjeż ta’ The Lacamanda Group Ltd.

3)

Nigel Woolley għandu jbati l-ispejjeż tiegħu stess.