Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Settembru 2021 – ADR Center vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-364/15) 1

(“Għajnuna finanzjarja – Programm ġenerali ‘Drittijiet fundamentali u ġustizzja’ għall-perijodu 2007-2013 – Programm speċifiku ‘Ġustizzja ċivili’ – Rikors għal annullament – Deċiżjoniji li tagħti titolu eżekuttiv – Ftehimiet ta’ sussidju – Irkupru ta’ parti mill-kontribuzzjoni finanzjarja mħallsa – Azzjoni dikjaratorja –Klawżola ta’ arbitraġġ – Forza maġġuri – Spejjeż eliġibbli – Proporzjonalità – Obbligu ta’ motivazzjoni)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: ADR Center Srl (Ruma, l-Italja) (rappreżentanti: A. Guillerme u T. Bontinck, avukati)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Estrada de Solà u M. Ilkova, aġenti)

Suġġett

Minn naħa, talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2015) 3117 final tal-4 ta’ Mejju 2015 dwar l-irkupru ta’ parti mill-kontribuzzjoni finanzjarja mħallsa lir-rikorrenti b’eżekuzzjoni taż-żewġ ftehimiet ta’ sussidju konklużi fil-kuntest tal-programm speċifiku “Ġustizzja Ċivili”, u, min-naħa l-oħra, talba intiża sabiex l-ispejjeż li l-Kummissjoni, f’dik id-deċiżjoni, iddikjarat ineliġibbli jiġu ddikjarati eliġibbli.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

ADR Center Srl għandha tbati l-ispejjeż relatati mal-proċedura prinċipali u mal-proċedura għal miżuri provviżorji.

____________

1     ĠU C 302, 14.9.2015.