Language of document : ECLI:EU:T:2021:593


 


 



Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) tal-15 ta’ Settembru 2021 – ADR Center vs Il-Kummissjoni

(Kawża T364/15)

“Għajnuna finanzjarja – Programm ġenerali ‘Drittijiet fundamentali u ġustizzja’ għall-perijodu 2007-2013 – Programm speċifiku ‘Ġustizzja ċivili’ – Rikors għal annullament – Deċiżjoni li tagħti titolu eżekuttiv – Ftehimiet ta’ sussidju – Irkupru ta’ parti mill-kontribuzzjoni finanzjarja mħallsa – Azzjoni dikjaratorja – Klawżola ta’ arbitraġġ – Forza maġġuri – Spejjeż eliġibbli – Proporzjonalità – Obbligu ta’ motivazzjoni”

1.      Rikors għal annullament – Ġurisdizzjoni tal-qorti tal-Unjoni – Portata – Stħarriġ ġudizzjarju li jirrigwarda deċiżjoni tal-Kummissjoni li tagħti titolu eżekuttiv għall-finijiet tal-irkupru ta’ dejn – Ġurisdizzjoni sabiex jiġu eżaminati kemm il-motivi li jikkontestaw il-legalita ta’ tali deċiżjoni kif ukoll dawk ibbażati fuq il-ksur tal-obbligi kuntrattwali li wasslu għall-adozzjoni ta’ tali deċiżjoni – Rispett tad-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva

(Artikoli 263 u 272 TFUE; Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikolu 47; Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 966/2012, Artikolu 79(2))

(ara l-punti 61, 106)

2.      Baġit tal-Unjoni Ewropea – Għajnuna finanzjarja tal-Unjoni – Obbligu tal-benefiċjarju li josserva l-kundizzjonijiet għall-għoti tal-għajnuna – Finanzjament li jirrigwarda biss l-ispejjeż effettivament inkorsi – Ġustifikazzjoni tar-realtà tal-ispejjeż iddikjarati – Assenza – Spejjeż ineliġibbli

(Artikolu 317 TFUE)

(ara l-punti 71-73, 75)

3.      Baġit tal-Unjoni Ewropea – Għajnuna finanzjarja tal-Unjoni – Obbligu tal-benefiċjarju li josserva l-kundizzjonijiet għall-għoti tal-għajnuna – Finanzjament li jirrigwarda biss l-ispejjeż effettivament inkorsi – Ġustifikazzjoni tar-realtà tal-ispejjeż iddikjarati – Tqassim tal-oneru tal-prova

(Artikolu 317 TFUE)

(ara l-punti 74, 82)

4.      Rikors għal annullament – Motivi – Użu ħażin ta’ poter – Kunċett

(Artikolu 263 TFUE)

(ara l-punt 119)

5.      Dritt tal-Unjoni Ewropea – Prinċipji – Proporzjonalità – Kriterji ta’ evalwazzjoni

(Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 966/2012)

(ara l-punt 119)

6.      Atti tal-istituzzjonijiet – Motivazzjoni – Obbligu – Portata

(Artikolu 296 TFUE)

(ara l-punti 123, 124)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2015) 3117 final tal-4 ta’ Mejju 2015 dwar l-irkupru ta’ parti mill-kontribuzzjoni finanzjarja mħallsa lir-rikorrenti b’eżekuzzjoni taż-żewġ ftehimiet ta’ sussidju konklużi fil-kuntest tal-programm speċifiku “Ġustizzja Ċivili”, u, min-naħa l-oħra, talba intiża sabiex l-ispejjeż li l-Kummissjoni, f’dik id-deċiżjoni, iddikjarat ineliġibbli jiġu ddikjarati eliġibbli.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

ADR Center Srl għandha tbati l-ispejjeż relatati mal-proċedura prinċipali u mal-proċedura għal miżuri provviżorji.