Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta' Frar 2013 - AMC-Representações Têxteis vs UASI - MIP Metro (METRO KIDS COMPANY)

(Kawża T-50/12) 

["Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta' oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva METRO KIDS COMPANY - Trade mark internazzjonali figurattiva preċedenti METRO - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta' konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru°207/2009"]

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: AMC-Representações Têxteis Lda (Taveiro, il-Portugall) (rappreżentant: V. Caires Soares, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: J. Crespo Carrillo, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: MIP Metro Group Intellectual Property GmbH & Co. KG (Düsseldorf, il-Ġermanja) (rappreżentanti: J.-C. Plate u R. Kaase, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-Deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tal-24 ta' Novembru 2011 (Każ R 2314/2010-1), dwar proċedimenti ta' oppożizzjoni bejn MIP Metro Group Intellectual Property GmbH & Co. KG u AMC-Representações Têxteis Lda.

Dispożittiv

1)    Ir-rikors huwa miċħud.

2)    AMC-Representações Têxteis Lda hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 109,14.04.2012.