Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Marzu 2014 – Intesa Sanpaolo vs UASI - equinet Bank (EQUITER)

(Kawża T-47/12) 1

[“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva EQUITER – Trade mark Komunitarja verbali preċedenti EQUINET – Raġuni relattiva għal rifjut – Użu ġenwin mit-trade mark preċedenti – Artikolu 42(2) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 – Obbligu ta’ motivazzjoni”]

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Intesa Sanpaolo SpA (Turin, l-Italja) (rappreżentanti: P. Pozzi, G. Ghisletti u F. Braga, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: P. Bullock, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: equinet Bank AG (Frankfurt am Main, il-Ġermanja) SuġġettRikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tas-6 ta’ Ottubru 2011 (Każ R 2101/2010-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn equinet Bank AG u Intesa Sanpaolo SpA.DispożittivId-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tas-6 ta’ Ottubru 2011 (Każ R 2101/2010-1) hija annullata.L-UASI għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti minn Intesa Sanpaolo SpA.