Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta' Lulju 2012 - Wall vs UASI - Bluepod Media Worldwide (bluepod MEDIA)
(Kawża T-227/11)
["Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta' oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva bluepod MEDIA - Trade mark Komunitarja figurattiva preċedenti blue spot u Trade marks internazzjonali u nazzjonali verbali preċedenti BlueSpot - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament KE Nru 207/2009"]
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Wall AG (Berlin, il-Ġermanja) (rappreżentanti: A. Nordemann u T. Boddien, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: J. Crespo Carrillo, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Bluepod Media Worldwide Ltd (Londra, ir-Renju Unit)
Suġġett
Rikors kontra d-Deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tal-10 ta' Frar 2011, (R 301/2010-1), dwar proċedimenti ta' oppożizzjoni bejn Wall AG u Bluepod Media Worldwide Ltd.
Dispożittiv
Ir-rikors huwa miċħud.
Wall AG hija kkundannata għall-ispejjeż.
____________1 - ĠU C 194, 02.07.2011.