Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta' Diċembru 2012 - Barbin vs Il-Parlament

(Kawża T-228/11 P) 

("Appell - Servizz pubbliku - Uffiċjali - Mewt tal-appellanti - Assenza ta' trasfużjoni tal-atti mill-aventi kawża - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni")

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellanti: Florence Barbin (Lussemburgu, il-Lussemburgu) (rappreżentanti: S. Orlandi, A. Coolen, J. N. Louis, É. Marchal u D. Abreu Caldas, avukati)

Appellata: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: S. Seyr u E. Despotopoulou, aġenti)

Suġġett

Appell mis-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (It-Tielet Awla), tal-15 ta' Frar 2011, fil-Kawża Barbin vs Il-Parlament (F-68/09, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra), u li huwa intiż għall-annullament ta' dik is-sentenza.

Dispożittiv

Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni fuq dan l-appell.

Il-partijiet għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.

____________

1 - ĠU C 211, 16.07.2011.