Language of document :

Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Diċembru 2013 – Copernicus-Trademarks vs UASI – Bolloré (BLUECO)

(Kawża T-684/13)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Copernicus-Trademarks Ltd (Borehamwood, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: L. Pechan u S. Körber, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Bolloré SA (Érgue Gaberic, Franza)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tat-8 ta’ Ottubru 2013 fil-Każ R 2029/2012-1 u tirriformaha, fis-sens li l-appell huwa fondat u li, konsegwentement, l-oppożizzjoni għandha tiġi miċħuda fl-intier tagħha,

tikkundanna lill-konvenut u lil Bolloré SA fil-każ li hija tintervjeni f’dawn il-proċeduri, għall-ispejjeż inklużi dawk sostnuti fil-proċeduri ta’ appell.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “BLUECO” għal prodotti fil-klassi 12 – Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 9 724 675

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Bolloré SA

Trade mark jew sinjal invokat: it-trade mark verbali “BLUECAR” għal prodotti fil-klassi 12 – Trade mark Komunitarja Nru 4 597 621

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1) tar-Regolament Nru 207/2009