Language of document :

Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Diċembru 2013 – Colomer Italy vs UASI – Farmaca International (INTERCOSMO ESTRO)

(Kawża T-681/13)

Lingwa tar-rikors: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Colomer Italy SpA (Sala Bolognese, l-Italja) (rappreżentanti: M. Ricolfi, F. Tarocco u C. Mezzetti, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Farmaca International SpA (Torino, l-Italja)

Talbiet tar-rikorrenti

tilqa’ dan ir-rikors, u tannulla konsegwentement id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tat-3 ta’ Ottubru 2013, innotifikata fis-17 ta’ Ottubru 2013, mogħtija fil-Każ R 1186/2012-1;

tiċħad l-oppożizzjoni ta’ Farmaca International SpA għar-reġistrazzjoni tat-trade mark “INTERCOSMO ESTRO”, sabiex tingħata din ir-reġistrazzjoni;

tordna r-rimbors tal-ispejjeż kollha ta’ din il-proċedura favur ir-rikorrenti

Motivi u argumenti prinċipali

Applikanti għat-trade mark Komunitarja: Colomer Italy SpA

Trade mark Komunitarja kkonċernata: trade mark figurattiva li tinkludi l-element verbali INTERCOSMO ESTRO għall-prodotti fil-klassi 3

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Farmaca International SpA

Trade mark jew sinjal invokat: trade mark figurattiva mhux irreġistrata ESTRO għal prodotti “kosmetiċi tax-xagħar”

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur u applikazzjoni żbaljata tal-Artikolu 8(4), tal-Artikolu 7(1) u tal-Artikolu 75 tar-Regolament (KE) Nru°207/2009.