Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta' Novembru 2011 - Esprit International vs UASI - Marc O'Polo International (Rappreżentazzjoni ta' ittra fuq but)

(Kawża T-22/10) 

["Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta' oppożizzjoni - Talba għal trade mark Komunitarja figurattiva li tikkonsisti fir-rappreżentazzjoni ta' ittra fuq but - Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti li tirrappreżenta ittra - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta' konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009"]

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Esprit International LP (New York, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: M. Treis, u E.-M. Strobel avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: inizjalment S. Schäffner, sussegwentement G. Schneider, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Marc O'Polo International GmbH (Stephanskirchen, il-Ġermanja) (rappreżentanti: A. Gaul, V. Spitz, T. Golda u S. Kirschstein-Freund, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-Deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-UASI, tad-19 ta' Novembru 2009 (Każ R 1666/2008-4), dwar proċedimenti ta' oppożizzjoni bejn Marc O'Polo International GmbH u Esprit International LP.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Esprit International LP hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 100, 17.04.2010.