Language of document :

Rikors ippreżentat fil-25 ta' Jannar 2010 - Esprit International vs UASI - Marc O'Polo International (Rappreżentazzjoni tal-ittra "e" imqiegħda fuq but ta' qalziet)

(Kawża T-22/10)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Esprit International LP (New York, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: M. Treis, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Marc O'Polo International GmbH (Stephanskirchen, il-Ġermanja)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni mogħtija mir-Raba' Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tad-19 ta' Novembru 2009 fil-proċedimenti ta' appell R 1666/2008-4;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: trade mark figurattiva li tirrapreżenta l-ittra "e" imqiegħda fuq but ta' qalziet għal prodotti fil-klassijiet 18 u 25 (applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 5 089 859)

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Marc O'Polo International GmbH

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: b'mod partikolari r-reġistrazzjoni ta' trade mark Ġermaniża Nru 303 03 672, li tirrigwarda trade mark figurattiva li tirrapreżenta l-ittra "e" għal prodotti fil-klassijiet 18 u 25

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/20091, fin-nuqqas ta' probabbiltà ta' konfużjoni bejn it-trade marks kunfliġġenti

____________

1 - Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009 tas- 26 ta' Frar 2009 dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 78, p.1)