Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta’ Settembru 2021 – Univers Agro vs EUIPO – Shandong Hengfeng Rubber & Plastic (AGATE)

(Kawża T-592/20) 1

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità – Trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali AGATE – Kawża ta’ invalidità assoluta – Mala fede – Artikolu 52(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 59(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001)”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Univers Agro EOOD (Sofija, il-Bulgarija) (rappreżentant: C. Hernández-Martí Pérez, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Ivanauskas u V. Ruzek, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjent quddiem il-Qorti Ġenerali: Shandong Hengfeng Rubber & Plastic Co. Ltd (Dongying, iċ-Ċina) (rappreżentant: J. Erdozain López, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-27 ta’ Lulju 2020 (Każ R 725/2019-4), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Shandong Hengfeng Rubber & Plastic u Univers Agro.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Univers Agro EOOD hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1     ĠU C 390, 16.11.2020.